Internazzjonali

FILMAT: Terremot iħalli ħerba fiċ-ċentru tal-Italja; sa issa huma 6 rappurtati mejta

L-Italja inħasdet matul dan il-lejl kawża ta’ terremot qawwi li laqat iċ-ċentru tal-pajjiż. It-thezziza li kejjlet is-saħħa ta’ 6.0 fuq l-iskala Richter, inħasset fit-3:36am. Wara, inħassu ukoll numru ta’ theżżiżiet oħrajn.

Sa issa huma 6 dawk rappurtati mejta wara dan it-terremot, li jinkludu familja ta’ erba’ li mietu fl-istess dar.

It-terremot laqat l-aktar l-irħula li jinsabu bejn ir-reġjuni tal-Lazio u l-Umbrija. L-aktar theżżiża qawwija inħasset f’Accumoli, fil-Provinċja ta’ Rieti – raħal żgħir bi ftit aktar minn 1,000 resident.

Is-Sindku ta’ Amatrice minn naħa tiegħu qal “nofs ir-raħal tagħna inqered għal kollox”.

Rapporti oħra qed jindikaw illi l-Bażilika ta’ Assisi, li kienet sofriet ħsarat fl-1997, ma kellha l-ebda danni.

(Ritratt: Ansa)

Terremot 2

(Ritratt: Getty Images)