Internazzjonali

FILMAT : Tfal jitwaddbu għal isfel minn missierhom… biex isalvahom

Fir-Russja, każ li juri li missier jagħmel minn kollox biex isalva l-familja tiegħu.

Waqt li l-appartament fejn jgħixu kien qed jieħu n-nar, mingħajr ebda ċans li joħorġu mill-appartament kawża tan-nirien, il-missier l-unika alternattiva biex isalva l-familja tiegħu tkun li jwaddab it-tfal għal isfel, u wara taqbeż martu u l-aħħar jaqbeż hu għoli ta’ madwar 3 sulari.

Isfel kien hemm grupp ta’ persuni li bdew jilqgħu it-tfal kif ukoll lil missier u ‘l martu, li b’hekk kienu salvati.

Ara l-filmat: