Internazzjonali

FILMAT: Tifel żgħir joqtol tliet priġunieri f’isem l-ISIS

F’filmat tal-ISIS, tifel joqtol tliet priġunieri
IS-SIRJA
Filmat ġdid tal-ISIS juri dak li hu identifikat bħala Isa Dare, tifel Ingliż ta’ erba’ snin, joqtol tliet priġunieri billi jisplodi karozza li tpoġġew fiha.
Dare hu t-tifel ta’ Grace ‘Khadija’ Dare, minn Londra u li kkonvertit għall-Islam u ssieħbet mal-ISIS madwar tliet snin ilu.
Din hi t-tieni darba li Dare deher f’filmat tal-ISIS. Fl-ewwel wieħed hu kien deher fl-aħħar tal-filmat jhedded attakki kontra l-Punent.
Fil-filmat hu jidher maġenb raġel mgħammad li jhedded lill-Prim Ministru Ingliż David Cameron talli qed jiġġieled kontrihom fis-Sirja. Dawk li nqatlu ntqal li kienu spjuni tal-Punent li kienu qed jagħtu informazzjoni dwar fejn għandu jkun bumbardjat fis-Sirja.