Lokali

Filmat: Trakk jinqered għal kollox f’nar fi Triq Burmarrad

Trakk ta’ kumpanija privata inqered għal kollox wara li għal xi raġuni li għadha mhix stabbilità inħakem minn nar qawwi.

Il-każ seħħ iktar kmieni llum, fi Triq Burmarrad, limiti tan-Naxxar, u fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’.

Persuni fuq il-post spjegawlna li n-nar infirex malajr, u kif jidher mir-ritratti, għamel ħerba mit-trakk qabel waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kellhom biċċa xogħol mhux faċli biex irnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

14456926_1190444754346994_2083915287_o