Filmat: Żewġ sewwieqa ta’ muturi jeħilsuha ħafif wara U turns fil-Coast Road

Żewġ inċidenti li possibilment setgħu jkunu fatali ġew evitati f’temp ta’ ftit sigħat fi Triq il-Kosta.

Kif jidher f’filmati li ttellgħu fuq Facebook, fiż-żewġ każi sewwieqa ta’ vetturi privati ddeċidew li jagħlu U turn u jippruvaw jgħaddu minn bejn bollards fin-nofs tat-triq għan-naħa l-oħra.

Kienet il-kapaċita’ tas-sewwieqa tal-muturi li evitaw traġedja, b’wieħed minnhom jirriskja li jaħbat mal-bollards biex jevita l-vettura privata.