Lokali

Filmat: Żewġ żgħażagħ jiffilmjaw il-mewt tagħhom f’inċident bil-karozza

Żewġ żgħażagħ ta’ 21 u 20 sena rispettivament iffilmjaw il-mewt tagħhom f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Sussex f’April tas-sena li għaddiet.

Ix-xufier Kyle Careford u sieħbu Michael Owen mietu mad-daqqa waqt li kienu qed isuqu tliet darbiet iktar mil-limitu tal-veloċita’ abbord vettura tat-tip Renault Clio.

Matul il-vjaġġ, il-passiġġier kien qed jiġbed filmat qabel seħħ l-impatt, jinstema’ ħoss qawwi u l-kamera’ waqgħet mal-art.

Fl-isfond jinstema’ leħen ta’ mara tipprova tieħu risposta mingħand iż-żgħażagħ, filwaqt li titlobhom jibqgħu f’sensihom sakemm tasal l-ambulanza. Madankollu kien kollu għalxejn.

Il-filmat ġie ppublikat mill-familji tal-vittmi stess bl-għan li jservi ta’ twissija għal sewwieqa li jsuqu b’veloċita’ eċċessiva.