Lokali

FILMAT : Żgħażagħ Maltin jiltaqgħu f’bar ma’ Liam Gallagher u jkanta magħhom “Wonderwall”

Il-lejl li għadda grupp ta’ żgħażagħ Maltin għamlu dak li żgur qatt ma’ ħolmu li jagħmlu, marru f’bar fil-Belt u spiċċaw jiltaqgħu u saħansitra jkantaw mal-artist u ex membru tal-band Oasis, Liam Gallagher.

Fost iż-żgħażagħ kien hemm wieħed mill-aqwa mużiċisti Maltin, Peter Borg, li dan beda jdoqq il-kitarra fil-bar, u waqt li ż-żgħażagħ l-oħra preżenti bdew ikantaw, Gallgher beda wkoll ikanta.

Fuq facebook Peter Borg kiteb li kienet b’kunbinazzjoni li ħareġ, għaliex kien se jibqa’ d-dar, iżda t-tfajla ta’ ħuh qaltlu joħroġ magħhom, u hekk għamel. Peter kompla jgħid li din hija prova li fil-ħajja għandek tgħid “Iva” xi kultant.

Liam Gallagher jinsab fuq vaganza f’Malta u jidher li llum se jirritorna Għawdex sa nhar it-Tlieta.

peter borg

Filmat : Lovin Malta