Futbol Lokali Sport

Filmati tas-CCTV juru l-qilla tal-Kroati waqt il-ġlieda f’Paceville

Hekk kif matul il-ġurnata komplew joħorġu iktar filmati tal-ġlieda kbira f’Paceville, fejn grupp ta’ Kroati ħebbew għal bouncers Serbi, fl-aħħar sigħat ġie ppublikat ukoll filmat ta’ kameras tas-sigurta’ minn stabbiliment f’Paceville fejn seħħet il-konfrontazzjoni.

Il-filmat joħroġ biċ-ċar il-qilla u rabja tal-Kroati waqt din il-ġlieda, fejn jidhru jwaddu dak kollu li ġie għal idejhom; minn fliexken u tazez sa siġġijiet lejn ieb ta’ stabbiliment tad-divertiment fejn kien hemm imbarrikati fuq ġewwa s-Serbi.

Waqt il-filmat jidher ukoll wieħed mill-Kroati jgħaddi struzzjonijiet lill-grupp, u jordnalhom meta għandhom jagħtu s-salt sakemm fl-aħħar waslu uffiċjali tal-Pulizija biex il-Kroati nfirxu u wħud minnhom ġew arrestati.