Futbol Sport

Firenze tiċċelebra l-isem tal-eroj tal-ġurnata

Gowl mill-isbaħ ta’ Zarate lbieraħ ħalla lill-iskwadra tal-Fiorentina fit-tielet post tas-Serie A. Il-partitarji tal-Viola fi Stadio Franchi u anke mal-belt ta’ Firenze lbieraħ ċċelebraw bi kbir dan il-gowl hekk kif dan il-ġowl ġie fl-aħħar minuti tal-partita kontra Carpi. Tant huwa hekk li filgħodu fuq il-midja soċjali beda jiġi ċċirkulat ritratt (dak t’hawn fuq) dwar x’għamlu l-partitarji ma’ ħanut partikolari tal-ħwejjeġ tul il-lejl, kollox fl-isem tas-salvatur tal-ġurnata, Mauro Zarate.

Il-partita spiċċat bl-iskor ta’ 2-1.