Futbol Sport

Fis-sigħat li ġejjin jasal l-ewwel akkwist ta’ Valletta

Fis-sigħat li ġejjin mistenni jasal f’pajjiżna l-winger ta’ 27 sena Leandro Damián Aguirre biex jiffirma kuntratt ma’ Valletta FC.

Aguirre hu prodott ta’ BOCA Juniors fl-Arġentina, u magħhom lagħab mil-livell ta’ youths sal-2011 qabel intbagħat b’self ma’ Aldosivi, dejjem fl-Arġentina.

Riċentament kien qed jilgħab ma’ Independiente Rivadavia, fejn saħansitra kien captain, iżda disat ijiem ilu biss xolja l-kuntratt biex jibda l-avventura ma’ Valletta f’pajjiżna.

Jirriżulta li Aguirre saħansitra ċeda parti mid-dejn li l-klabb kellu miegħu biex ikun jista’ jieħu l-opportunità offruta minn Valletta.