Lokali

Fl-2015 naqsu l-inċidenti bir-roti

Minkejja l-ammont kbir ta’ karrozzi fit-toroq u s-sitwazzjonijiet diffiċli fit-traffiku, jirriżulta li qed jonqsu l-inċidenti tat-traffiku li fihom huma involuti r-roti.

Il-Bicycling Advisory Gruop qal li jirriżulta li fl-2015 l-inċidenti tat-traffiku żdiedu b’7% iżda kien hemm tnaqqis fl-inċidenti li fihom kienu involuti r-roti.

Din hi x-xejra li qed isseħħ fl-aħħar tliet snin meta n-numru ta’ persuni li qed jużaw ir-roti qed jiżdied.

Il-grupp sostna li fil-fatt, in-numru ta’ inċidenti li fihom kienu involuti ċ-ċiklisti naqas b’16%, tnaqqis ta’ 4% fuq l-2015.

Dan filwaqt li kien hemm żieda ta’ 20% fl-persuni li jużaw ir-roti fl-2015 u żieda ta’ 16% fil-perjodu bejn l-2012 u l-2014.

Skont il-grupp dan qed iseħħ minħabba l-effett pożittiv ta’ iktar roti fit-toroq bl-istess livell li qed iseħħ f’pajjiżi oħra. Dan qed iwassal biex iktar persuni jagħżlu li jużaw ir-roti u għalhekk jinħolqu iktar spazji fit-toroq.

Filwaqt li tkellem dwar l-importanza ta’ kampanji favur iktar ħarsien u sigrutà fit-toroq Maltin, il-Bicycling Advisory Group appella biex ikun hemm attenzjoni f’żoni perikolżi u jisnisti li dak li qed jitwettaq fil-kuntest tal-użu ta’ aktar roti fit-toroq Maltin jista’ jitwettaq ukoll fil-kuntest ta’ mezzi oħra ta’ trasport fuq żewġ roti fosthom muturi żgħar.

Ritratt: Arkivji – inċident bir-rota f’Għawdex