Ekonomija

Fl-4pm: laqgħa importanti tal-PN mal-MCESD

Illum il-Partit Nazzjonalista se jippreżenta d-dokument li jiġbor fih numru kbir ta’ proposti għall-ekonomija. Id-dokument se jsir pubbliku waqt laqgħa fil-Parlament ma’ rappreżentanti tal-MCESD.

Il-laqgħa se tkun indirizzata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, u fiha se jiġi preżentat dan il-working document li se jkun bażi għal diskussjoni mifruxa fuq numru ta’ xhur, kemm mas-soċjeta’ ċivili kif ukoll ma’ nies involuti fin-negozju.

Id-dokument jinkludi fih punti li tqajjmu f’żewġ rapporti oħra – wieħed tal-Kamra tal-Kummerċ u l-ieħor tal-MHRA.

Dan is-sit jista’ jikkonferma li d-dokument tal-PN se jkun il-bażi għall-proposti elettorali li se jkun qed ifassal il-partit qabel l-elezzjoni ġenerali.