Internazzjonali

FL-AĦĦAR ĦIN: Attakk fuq skola fl-Istati Uniti jħalli numru ta’ persuni midruba

Rapporti qed jgħidu li f’dan l-attakk tilef ħajtu raġel filwaqt li għalliem u żewġ studenti jinsabu midruba.

L-istorja għadha qed tiżvillupa;

Skont rapporti fil-media Amerikana jidher li kien attakk b’arma tan-nar fuq skola ġewwa r-raħal ta’ Townville f’South Carolina. L-attakk seħħ għall-ħabta tas-14,00 ħin lokali.

Jidher li l-attakk ħalla numru ta’ vittmi midruba inkluż tfal. Skont l-aħħar rapporti jidher li dan l-inċident sarraf fil-ħajja ta’ raġel filwaqt li darab żewġt t’itfal u għalliem. It-tfal ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.

Skont l-aħħar aġġornamenti lokali ġie rrapurtat li l-persuna ssuspettata li wettaq dan l-attakk jinsab miżmum taħt il-kustodja tal-pulizija Amerikana.

Aktar dettalji l’quddiem.