Internazzjonali

FL-AĦĦAR ĦIN: Sitwazzjoni ta’ ostaġġi fi Franza… diversi midruba

Rapporti minn Franza qed jgħidu li diversi persuni ndarbu waqt konfront bejn uffiċjali tas-sigurtà armati u aggressuri li kienu qed iżommu numru ta’ ostaġġi fil-belt Franċiża ta’ Roubaix.

Ir-rapporti qed jgħidu li l-ostaġġi jinkludu numru mhux magħruf ta’ tfal. Id-drama qed tiżvolġi fl-inħawi ta’ pompa tal-petrol waqt li magħruf li l-aggressuri huma armati b’machine guns tat-tip Kalashnikov.

Mhux magħruf jekk din is-sitwazzjoni għandiex rabtiet mas-sensiela ta’ raids anti-terroristiċi li qed iwettqu l-Pulizija fi Franza u l-Belġju wara l-attakki mit-terroristi tal-ISIS fil-qalba ta’ Pariġi li seħħew nhar it-13 ta’ Novembru li għadda, madankollu hemm xi indikazzjonijiet li mhux konfermati li dan seħħ minn grupp ta’ ħallenin li daħlu jisirqu fil-post imsemmi.

Aktar dettalji il-quddiem.