Internazzjonali

Fl-Estonja jibqgħu bla President

Il-Parlament fl-Estonja naqas li jeleġġi President ġdid tal-pajjiż minflok Toomas Hendrik Ilves li se jkollu jwarrab wara li serva żewġ mandati konsekuttivi.
Kemm l-eks-Prim Ministru u Kummissarju Ewropew Siim Kallas u l-kandidat tal-Partit taċ-Ċentru fl-Oppożizzjoni, Mailis Reps, naqsu li jiksbu l-maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-votazzjoni fil-Parlament ta’ 101 Membru Parlamentari wara żewġ sessjonijiet ta’ votazzjoni. Dan f’Parlament li hu maqsum bejn sitt partiti politiċi.
Issa dawn iż-żewġ kandidati se jiffaċċjaw vot ieħor quddiem il-Kulleġġ Elettorali magħmul minn 347 membru, li huma kemm Membri Parlamentari kif ukoll rappreżentanti tal-kunsilli lokali, fl-24 ta’ Settembru. Hawn il-President jiġi elett b’maġġoranza sempliċi.