Internazzjonali

FL-ITALJA: Jagħmilha ta’ turist biex iħebb għan-nies

Polizia di Stato Milano: foto aggressore knockout game Milano

Il-Pulizija Taljana f’Milan arrestat raġel Spanjol ta’ 23 sena li kien qed jagħmilha ta’ turist u jitlob għall-informazzjoni biex imbagħad iħebb għal dak li jkun.
Skont il-Pulizija Taljana hu kien wara disa’ każi f’dawn l-aħħar 20 ġurnata. Skont il-Pulizija, li għamlet tfittxija kbira għalih, dan kien javviċina n-nies u jibda jkellimhom bl-Ingliż u f’daqqa’ waħda jibda jagħti daqqiet ta’ ponn lill-vittma iżda mhux b’intenzjoni ta’ serq wara.
Il-Pulizija issa qed tipprova tara x’kienet ir-raġuni għall-aġir vjolenti ta’ dan l-Ispanjol fit-toroq ta’ Milan.