Lokali

F’Malta: Jinħareġ mandat ta’ arrest u tfittxija minħabba xadina

Il-Qorti tal-Maġistrati ħarġet mandat ta’ arrest u tfittxija lill-Kummissarju tal-Pulizija fil-konfront ta’ raġel ta’ 43 sena residenti Marsaskala minħabba li fil-pussess tiegħu allegatament kellu xadina protetta bil-liġi tas-C.I.T.E.S.; trattat internazzjonali għall-protezzjoni tan-natura u l-ispeċi f’riskju.

Il-mandat ħareġ fil-5 ta’ Frar, wara li r-raġel tella’ fuq Facebook, fil-grupp  ‘Min ipartat u min ibiegħ!’, li kien qed ibiegħ din ix-xadina. Jirriżulta madankollu li din ma kienet xejn għajr ċajta bejn il-ħbieb.

Filfatt, immedjatament il-Pulizija marru fir-residenza tar-raġel, fittxew kullimkien iżda finalment baqgħu ma sabux ix-xandina.

12660286_10201209934648347_974563958_n (1)