Lokali

ESKLUSSIVA: Il-media Franċiża tgħid li l-vittmi kienu “spiji”

F’messaġġ fuq Twitter, id-Dwana Franċiża ċaħdet illi abbord l-ajruplan li ġġarraf dalgħodu kien hemm xi uffiċjali minn tagħhom. Dan ifisser illi l-istqarrija oriġinali li ħareġ il-Gvern Malti żvijat mill-verita’ tal-fatti.

Fuq Twitter inkiteb dan il-messaġġ:
“Grazzi għall-messaġġi tiegħek iżda l-ebda uffiċjal tad-Dwana Franċiża ma kien abbord l-ajruplan li ġġarraf #Malte”

Agħar minn hekk, il-media Franċiża issa qed tgħid li l-vittmi kienu membri tal-DGSE li huma ekwivalenti għall-MI6 tar-Renju Unit u s-CIA tal-Istati Uniti. Fi kliem, il-Franċiżi qed jgħid li dawn kienu “spiji”.

Dan l-iżvilupp ġdid ikompli jqajjem domandi serji dwar min verament kien fuq dan l-ajruplan.

Il-Gvern Franċiż qed jgħid li tlieta mill-persuni abbord kienu uffiċjali tal-Ministeru tad-Difiża.

doi

Intant, fi stqarrija l-Ispeaker Anġlu Farrugia, f’ismu u f’isem il-membri kollha tal-Parlament Malti, bagħat il-kondoljanzi lill-Presidenti u lill-membri tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat Franċiż, wara l-mewta traġika ta’ ħames persuni ta’ nazzjonalità Franċiża li kienu “passiġġieri” fuq l-ajruplan li ġġarraf dalgħodu.