Gallarija taqa’ fuq karozza, minuti wara li minnha nħarġet tarbija

Evitata traġedja f’San Ġwann hekk kif parti minn gallarija ta’ blokka ta’ appartamenti fi Triq il-Kuċċard ċediet, bil-konsegwenza li kkawżat ħsara f’vettura privata u mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15, ftit minuti biss wara li sidt il-karozza ħarġet minnha bit-tarbija tagħha. Fuq ġewwa tal-vettura kien hemm ukoll frak tal-ħġieġ u ġebel kawża tal-inċident.

Fuq il-post waslu uffiċjali tal-Pulizija li għalqu l-parti ta’ quddiem il-garaxxijiet fejn niżlu l-blokok tal-konkrit. Dan hekk kif partijiet oħra tal-gallarija jidher li huma fil-periklu li jċedu wkoll.

Gallarija Taqa F'San Gwann -1115