Lokali

Ġebla li waqgħat minn faċċata tispiċċa ġo karozza

Ritratt li qed idur fuq il-media soċjali juri kif waqt xogħol fuq faċċata, l-affarijiet marru żmerċ.

Fi Qui-si-sana, Tas-Sliema xi ħaddiema kien għaddejin b’xi xogħol fuq bini meta ġebla taqa’ għoli ta’ żewġ sulari u sfortunatament tispiċċa’ fuq karozza li kienet ipparkjata taħt il-bini stess. Kif jixhed ir-ritratt, il-ġebla li waqat kissret il-windscreen tal-karozza.

Il-karozza fl-inċident kienet tat-tip Fiat Punto, u kif jidher fir-ritratt ukoll, fuq il-bankina hemm tabella biex is-sewwieqa ma jipparkjawx fil-post.

Ir-ritratt ittella’ fuq il-grupp ta’ Facebook ‘Are You Being Served?’.

Fortunatament pero, ħadd ma weġġa’ fl-inċident.