Lokali

George Vella jittieħed l-isptar waqt żjara f’Beijing

Il-Ministru George Vella kellu jittieħed ġo sptar wara attakk ħafif f’qalbu. Bħalissa jinsab f’Beijing, iċ-Ċina għal taħdidiet mal-awtoritajiet Ċiniżi. Fuq Twitter, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin kellu intervent żgħir l-isptar iżda issa qed iħossu aħjar.

U fi stqarrija, anke l-Partit Nazzjonalista awgura fejqan ta’ malajr lill-Ministru George Vella. Fl-istqarrija ngħad li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel kuntatt mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-Ministru Vella nnifsu, fejn awgura lill-Ministru l-fejqan ta’ malajr biex jirritorna fuq xogħlu mill-aktar fis possibbli.

PM JM joseph muscat tweet george vella