Lokali

Ġermaniża tweġġa’ gravi wara li tittajjar fil-Qawra

Ġermaniża ta’ 67 sena tinsab f’kundizzjoni gravi wara li ttajjret minn karozza fil-Qawra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.35 ta’ dalgħodu meta vettura tat-tip ‘Skoda Fabia’, misjuqa minn Niġerjan ta’ 36 sena, tajjret lill-mara. Is-sewwieq hu residenti San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ fi Triq il-Qawra, minn fejn il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn hemm ġiet ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi gravi, iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom dwar dan il-każ.