Lokali

Għada jitfakkar Jum in-Nanniet

Għada l-Ħadd se jkun imfakkar Jum in-Nanniet. Dalgħodu l-Fondazzjoni Nanniet Maltin organizzat il-mixja annwali li tfakkar dan il-jum. Fi tmiem il-mixja in-nanniet kellhom l-opportunità li jżuru l-bini tal-Parlament il-ġdid.

Għada l-Ħadd filgħodu mistennija ssir il-quddiesa ta’ Jum in-Nanniet li għaliha mistennija tattendi wkoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Is-Sibt li ġej Jum in-Nanniet jitfakkar ukoll b’quddiesa fis-Santawarju Ta’ Pinu f’Għawdex.

Matul il-ġimgħa li għaddiet il-fundatur ta’ Nanniet Malta Philip Chircop żar numru ta’ skejjel u ħeġġeġ lill-istudenti biex iżuru lin-nanniet tagħhom.