Sport

Għada tibda l-finali tat-Tazza Davis

Għada se tibda l-finali tat-Tazza Davis li se tintlagħab fuq spazju ta’ tlett ijiem. Din se tkun ikkontestata mir-Renju Unit u l-Belġju. Għar-Renju Unit din hi l-ewwel darba sa mill-1978 li se jkunu qed jilagħbu fil-finali u l-aħħar darba li rebħu din il-kompetizzjoni kien fl-1936. Il-Belġjani qatt ma rebħu din it-tazza.

Kyle Edmund se jiddebutta f’din il-kompetizzjoni hekk kif illum se jilgħab kontra David Goffin fl-ewwel logħba tas-singles u warajhom se jilagħbu kontrihom Andy Murray kontra Ruben Bemelmans.

Is-Sibt Jamie Murray se jilgħab flimkien ma’ ħuh Andy fil-kategorija tad-doubles. Il-logħba se tintlagħab fuq best-of-five fil-Flanders Expo fil-belt ta’ Gent fil-Belġju.