Lokali Transport

Għeluq ta’ toroq f’San Ġwann u Paceville

Transport Malta ħabbret li Triq Birkirkara f’San Ġwann se tkun magħluqa kompletament sabiex isir l-asfaltar tal-wiċċ tat-triq. It-triq se tingħalaq bejn it-Tnejn 15 u s-Sibt 27 ta’ Frar 2016, u se jkun xogħol relatat mal-proġett fil-Kappara.

Tħabbar ukoll xogħol ieħor li se jagħlaq triq f’Paceville San Ġiljan, dik Triq Santu Wistin. Filwaqt li t-traffiku li se jkun ġej mill-bajja San Ġorġ se jgħaddi minn Triq Dragonara. L-aċċess għal Paceville se jkun minn Triq Elija Zammit jew Triq Sant’ Andrija. Id-dati tal-għeluq huma bejn it-Tnejn 15 u l-Ġimgħa 19 ta’ Frar.

Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa jsuqu bil-galbu.