Edukazzjoni Lokali

Global College Malta tiffirma ftehim mal-Istitut LUDES

Il-Global College Malta ffirma ftehim mal-Istitut għall-Edukazzjoni Ogħla LUDES.

LUDES hi bbażata fl-Isvizzera u permezz ta’ dan il-ftehim, il-Global College Malta, li wkoll hi istituzzjoni għall-edukazzjoni ogħla, se tkun qed toffri ċertifikati fil-grad ta’ Masters fil-psikoloġija u l-kriminoloġija fost oħrajn.

Dan filwaqt li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla qed tevalwa wkoll programmi oħra fil-fisjoterapija u d-dentistrija fost oħrajn.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulu ġie ffirmat dan il-ftehim, intqal li dawn il-korsijiet ġodda se jżidu fil-portafoll ta’ korsijiet li Global College Malta preżentament toffri lill-istudenti tagħha, filwaqt li l-istudenti se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn opportunitajiet ġodda fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku.