Lokali

Ġorġ “l-għannej tal-Mulej” illum jagħlaq 90 sena

Illum Ġorġ magħruf bħala “l-għannej tal-Mulej” jagħlaq 90 sena.

Ġorġ, li jgħix il-Birgu, huwa magħruf l-aktar li għal dawn l-aħħar 70 sena ta’ kuljum, iżur l-anzjani u l-morda fl-isptarijiet u jipprovdilhom kuraġġ u wens permezz ta’ kliem sempliċi u ħafna drabi b’rima li toħroġ b’tant naturalezza minn fommu.

Ġorġ. li hu membru tas-Soċjeta tal-Mużew, għadu sal-lum jagħmel dan u jdur lil dawk fil-bżonn, speċjalment il-morda.