Lokali

GUG tappella għall-Fiber Optic cable ieħor bejn Malta u Għawdex

L-għaqda studenteska Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) ipproponiet li biex Għawdex ikompli javvanza u jkun kapaċi jikkompeti ekonomikament, hemm bżonn li jsiru avvanzi tekonoloġiċi. Huwa stqarru li huwa fatt li l-maġġor parti tal-istudenti Għadwxin li jiggradwaw ikollhom iffitxu għall-karriera f’Malta minħabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet li hemm fil-gżira Għawdxija.

Fl-istess stqarrija huma elenkaw li l-akbar problema li tiġi affaċjata hi li hemm biss cable wieħed tal-fiber optic bejn Malta u Għawdex.

Stqarru li din id-diskussjoni qamet waqt laqgħa ma’ Dr Alfred Sant rigward applikazzjonijiet tal-fondi Ewropej. Dr Sant qal li din hija possibli, iżda l-applikazzjoni tista’ ssir biss minn naħa tal-Gvern.