Lokali

Ġurnalist tal-PBS b’kummenti partiġġjani fuq Facebook

Il-ġurnalist tal-PBS u eks-ġurnalist tas-Super One Rodney Vassallo, għażel li kontra kull kodiċi tal-etika tal-PBS, jikkummenta politikament b’mod pubbliku.

Fuq facebook wara d-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-ġurnalist Rodney Vassallo qal li hu normalment ma jitkellimx b’mod politiku fuq Facebook, iżda fl-istess nifs faħħar lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Hu żied jgħid li d-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament kien diskors mill-aqwa.

Dan filwaqt li d-diskors ta’ Muscat fil-Parlament kien diskors mimli attakki fil-konfront tal-Oppożizzjoni.

L-aġir tal-ġurnalist Rodney Vassallo imur kontra l-kodiċi tal-etika tal-PBS u fil-passat, ġurnalisti li kitbu kummenti saħansitra inqas politiċi fuq Facebook, kienu ġew sospiżi mix-xogħol.