Lokali

Ġuvni jsofri ġrieħi wara argument f’Birkirkara

Ritratt: Arkivji

Franċiż ta’ 20 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’argument f’Birkirkara.

Il-każ seħħ ftit qabel is-1pm fil-bypass ta’ Birkirkara, meta ż-żagħżugħ li kien miexi fit-triq, allegatament ġie aggredit mis-sewwieq.

L-argument faqqa’ hekk kif is-sewwieq allegatament kien se jolqot liż-żagħżugħ bil-karozza.

Kien hawn li x-xufier, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, aggredieh b’ħadida u seraqlu wkoll basket.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.