Lokali

Ġuvni qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fil-Marsa

Ġuvni qed isofri grieħi gravi wara ħabta li ġrat dalgħodu għall-ħabta tal-04.00. L-inċident stradali seħħ fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li waqt li ġuvni ta’ 21 sena residenti ż-Żurrieq kien qed isuq il-vettura tiegħu tat-tip Opel Astra għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ġo bankina. Jidher ukoll li waqt l-impatt ġuvni ta’ 20 sena residenti Ħal Tarxien intlaqat mill-vettura.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.