Lokali

Ħabta bejn mutur u karozza f’Marsaskala tħalli mara bi ġrieħi gravi

Għall-ħabta tat-20.00 tal-lejla seħħ inċident stradali fi Triq Sant’Antnin, Marsaskala iħalli mara ta’ 41 sena bi ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Honda Shadow u karozza tal-għamla Toyota Corsa. Kemm il-mutur li kien misjuq minn mara ta’ 49 sena residenti Bormla u kemm il-karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena li joqgħod Marsaskala, kienu sejrin fl-istess direzzjoni lejn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.