Lokali

Ħabta twaqqaf it-traffiku fi Vjal Sir Paul Boffa

Inċident minimu bejn żewġ vetturi fi Vjal Sir Paul Boffa, it-triq li mill-Marsa twassal għal Kordin, wassal biex it-traffiku iktar kmieni llum wara nofsinhar spiċċa mblukkat fl-inħawi.

F’din it-triq fl-aħħar ġimgħat kien qed isir xi xogħol biex tiġi introdotta dik imsejħa mill-Ministru Joe Mizzi bħala tidal system, fejn l-ammont tal-karreġġjati f’din it-triq jinbidlu skont il-ħin u l-frekwenza tat-traffiku li jgħaddi minn din it-triq.

Madankollu dan ix-xogħol għalissa waqaf, bil-kosnegwenza li t-triq lejn Kordin hi livell inqas minn dik fid-direzzjoni tal-Marsa, u b’numru ta’ barrikati tal-konkrit jifirdu ż-żewġ naħat. Dan wassal biex it-triq lejn Kordin illum tinsab b’karreġġjata waħda.

Dan fisser li b’ħabta minima, fejn ma kien hemm l-ebda ħsara estensiva jew ġrieħi għas-sewwieq u l-passiġġieri, it-triq spiċċat totalment imblukkata.