Lokali

Ħabta żgħira terġa’ twaħħal Vjar Sir Paul Boffa

Ħabta żgħira bejn  vettura privata u karozza tal-linja waħħlet Vjal Sir aul Boffa iktar kmieni da;għodu, għat-tieni darba fi ftit jiem.

Filfatt kien jumejn ilu li ħabta minuri bejn żewġ vetturi privati wasslet biex it-traffiku f’din it-triq spiċċa ġġammjat totalment.

F’din it-triq fl-aħħar ġimgħat kien qed isir xi xogħol biex tiġi introdotta dik imsejħa mill-Ministru Joe Mizzi bħala tidal system, fejn l-ammont tal-karreġġjati f’din it-triq jinbidlu skont il-ħin u l-frekwenza tat-traffiku li jgħaddi minn din it-triq.

Madankollu x-xogħol ilu wieqaf u t-triq inżammet għal karreġġjata waħda, bil-konsegwenza li sitwazzjonijiet simili qed isiru spissi.

Habta