Lokali

Ħalliel mgħammad daħal fuq anzjana ta’ 89 sena u serqilha d-deheb minn fuqha

Kmieni llum wara nofsinhar, anzjana ta’ 89 sena kienet misruqa wara li ħalliel mgħammad daħlilha fid-dar u serqilha d-deheb li kellha fuqha.

Is-serqa saret għall-ħabta tan-nofsiegħa, fi Triq l-Imriekeb f’Wied il-għajn, u kawża ta’ dan, l-anzjana sofriet xi ġrieħi u kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

Il-Ħalliel rnexxielu jaħrab minn fuq il-post.