Ħarsa lejn il-ġurnali tal-lum

Il-ġurnali tal-lum naturalment huma dominati mill-konferenza tal-aħbarijiet tal-Preim Ministru Joseph Muscat li ħabbar reshuffle fil-Kabinett fejn il-Ministru Konrad Mizzi baqa’ Ministru iżda mingħajr il-portafoll tiegħu u Manwel Mallia jirritorna fil-kabinett. Keith Schembri, protagonista ieħor tal-iskandlu Panama Papers, jibqa’ Chief of Staff ta’ Muscat. Jispikkaw ukoll l-ewwel reazzjonijiet, fosthom tal-Oppożizzjoni.

IN-NAZZJON jiddedika l-ewwel faċċata għar-reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li ddeskriva r-reshuffle bħala farsa u l-fatt li żamm lil Mizzi u lil Schembri miegħu hu konferma li Muscat hu kompliċi.

TIMES OF MALTA b’titlu li ma joqgħodx jomgħod il-kliem: “Reshuffle a ‘farce'” u jirrapporta kif Konrad Mizzi se jibqa’ Ministru iżda se jitlef il-portafoll tiegħu. Il-ġurnal jislet ukoll xi kwotazzjoni kemm mill-Prim Ministru kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni

THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta l-aħbar bit-titlu “Cosmetic reshuffle that leaves same trio in charge of energy sector” u jiġbor ukoll ir-reazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll tad-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia u l-Alternattiva Demokratika.

L-ORIZZONT jirrapporta li r-reshuffle sar “Fl-Aħjar interess ta’ pajjiżna” u jġib collage ta’ ritratti tal-protagonisti li kienu affetwati bir-reshuffle