Lokali

Helena Dalli gidbet dwar Ronnie Pellegrini

F’Ġunju li għadda, il-Ministru Helena Dalli bdiet tevita mistqosijiet dwar il-ħatra ta’ Ronnie Pellegrini bħala Chief of Staff tal-Ministeru tagħha. F’intervista mal-ġurnal The Malta Independent, dakinhar, il-Ministru Helena Dalli ċaħdet dak li kien qed jidher fuq is-sit uffiċjali tal-Gvern.

Iżda fir-realta’, Ronnie Pellegrini hu fil-fatt iċ-Chief of Staff tal-Ministeru mmexxi minn Helena Dalli. Dan ħareg minn tweġiba li ngħata l-istess ġurnal The Malta Independent għal mistoqsija separata taħt il-Liġi dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni.

Ronnie Pellegrini, li kien qrib ħafna tal-eks Ministru Lorry Sant fis-snin sebgħin u tmenin, hu impjegat bħala Chief of Staff fil-Ministeru ta’ Helena Dalli fuq Skala 3 tal-Gvern b’salarju ta’ 35,500 ewro fis-sena.

Din hi t-tieni darba li l-Ministru Helena Dalli spiċċat fl-aħbarijiet wara li f’diskors fil-Parlament, il-Ministru tal-Ugwaljanza u d-drittijiet ċivili qalgħet li n-nies m’għandhomx jilagħbuha tal-vittmi.

Diskors li qanqal lid-Deputat Marlene Farrugia biex titlob għar-riżenja tal-Ministru Helena Dalli

Fid-dibattitu, kienet diskussa l-mozzjoni li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-inċident ta’ nhar il-Ġimgħa u r-ruling li ta l-Ispeaker, li poġġa fl-istes s keffa lid-deputat Joe Debono Grech, li hedded lid-deputat indipendenti Marlene Farrugia u qalilha “Niġi ħdejk u nifqgħek”