Internazzjonali

Hilary Clinton tagħżel lil Tim Kaine biex jikkontesta bħala Viċi President

Fl-Istati Uniti, il-kandidat Presidenzjali f’isem il-Partit Demokratiku, Hilary Clinton, għazlet lil Tim Kaine bħala l-kandidat li se jikkontesta magħha din l-elezzjoni bħala l-proponut Viċi President.

Hilary Clinton ħabbret li Kaine kien l-għażla tagħha fuq Twitter, madanakollu hi mistennija li formalment tħabbar din il-kandidatura aktar tard illum.

Tim Kaine hu elett fis-Senat f’isem il-Partit Demokratiku, u jirrappreżenta lill-istat ta’ Virginia – fejn dan l-istess stat Amerikan se jkun ta’ importanza strateġika kbira għat-tiġrija finali għall-kariga ta’ President tal-Istati Uniti bejn Hilary Clinton, u l-kandidat Repubblikan Donald Trump.