Lokali

“Hit and Run” minn karozzi taċ-CHOGM

Karozza uffiċjali taċ-CHOGM u karozza tal-Pulizija li kienet qed teskortaha aktar kmieni kienu involuti f'”hit and run”, fejn baqgħu sejrin wara li laqtu karozza b’żewġ passiġġieri.

Fl-inċident, il-karozza bajda tal-Pulizija laqtet vettura oħra min-naħa ta’ wara bil-konsegwenza li l-vettura uffiċjali taċ-CHOGM baqgħet dieħla fil-karozza tal-Pulizija.

Ritratti: Ir-ritratti (fuq u isfel) juru l-karozzi nvoluti f’dan l-inċident

L-inċident kien rappurtat fuq blog lokali, fejn skont dak li ġie rappurtat, fil-vettura kien hemm mara u anzjana. Il-mara provat tistaqsi jekk għandux isir kuntatt mal-Pulizija jew mal-gwardjani lokali, madanakollu s-sewwieq tal-karoza tal-Pulizija ma ħariġx mill-vettura biex jidentifika ruħu u sempliċiment qal: “X’pulizija, pulizija! Jien ghandi l-VIPs mieghi, ta.” Kien f’dan il-ħin li l-karozzi taċ-CHOGM baqgħu sejrin minn fuq ix-xena tal-inċident.

Dan l-inċident seħħ l-għada ta’ inċident ieħor, fejn tlett karozzi taċ-CHOGM kienu nvoluti f’ħabta fi Triq il-Kosta.

chogm habta 2

Ritratti: Blog – Daphne Caruana Galizia