Internazzjonali

Hollande rrid li r-Renju Unit ‘jilgħab il-parti tiegħu’ fil-kriżi ta’ Calais

epa05556510 French President Francois Hollande delivers a speech at a meeting with officers of the French Gendarmerie in Calais, France, 26 September 2016, as part of his visit to the northern French port which is home to the sprawling so-called 'Jungle' migrant camp. President Francois Hollande said during his visit that the migrant camp there must be 'completely dismantled'. EPA/THIBAULT VANDERMERSCH / POOL MAXPPP OUT

Il-President ta’ Franza, Francois Hollande, qal li l-kamp tal-immigranti kontroversjali – magħruf bħala ‘Il-Ġungla’ – f’Calais, ‘għandu jiżżarma definittivament’ filwaqt li għamilha ċara li qed jistenna biex ir-Renju Unit ‘jilgħab il-parti tiegħu’ fl-impenn umanitarju sussegwenti.
Hollande, it-Tnejn, għamel żjara fil-port ta’ Calais fejn iltaqa’, fost oħrajn, ma’ pulizija, uffiċjali tal-port u politiċi taz-zona.
Intant, id-destin tal-kamp tal-immigranti f’Calais l-eluf tar-residenti tiegħu sar issue ewlieni tal-kampanja Presidenzjali fi Franza.
Il-President Hollande, sadattant, radd ġieħ lill-qawwiet tas-sigurtà lokali u l-isforzi li huma qegħdin jagħmlu fiċ-ċirkustanzi diffiċli. Hu, fl-istess ħin, wassal il-messaġġ lit-traffikanti tan-nies fis-sens li ‘huma mhumiex se jużaw aktar iz-zona inkwistjoni biex jisfruttaw it-tbatija tan-nies’.