Lokali

AĠĠORNATA: Hold up fil-Gżira, il-ħallelin jaħarbu mill-post

Ftit tal-ħin ilu seħħ hold up ieħor, it-tieni wieħed wara dak tal-lejl li għadda fi Triq ix-Xatt f’Tal-Pieta’. Din id-darba is-serqa seħħet minn ħanut fil-Gżira.

Il-hold-up seħħ fl-9:50pm fi Triq D’Argens kantuniera ma’ Triq il-Flotta.

Il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali marru minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari jidher li żewġt irġiel mgħammda u li kienu lebsin hoody daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lil raġel li kien qiegħed jieħu ħsieb l-istess ħanut. Wieħed mill-irġiel kien armat b’arma tan-nar.

Il-vittma li għandu 64 sena ma sofra l-ebda ġrieħi, filwaqt li l-ħallelin irnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.