Futbol Sport

Hubert Suda l-mistieden speċjali f’Replay Preview tal-lejla, fid-9pm fuq Net Television

Ritratt grazzi għal Louis Micallef

Illejla jixxandar programm ieħor interessanti mis-sensiela ta’ programmi sportivi tal-Ġimgħa filgħaxija Replay Preview fid-9pm fuq Net Television. Apparti s-servizzi dettaljati dwar iż-żewġ partiti ta’ għada mill-Kampjonat Premier, illum tixxandar intervista interessanti mal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti, Sliema Wanderers, Valletta u B’Kara, Hubert Suda li llum għandu 46 sena. Din l-intervista tifforma parti mir-rokna popolari ta’ kull ġimgħa ‘X’Sar Minnhom?’ fejn kull ġimgħa, il-producer eżekuttiv u presentatur ta’ Replay, Christian Micallef jiltaqa’ ma’ eks plejers, uffiċjali jew amministraturi li kienu nvoluti fil-futbol Malti.

Suda jitkellem ma’ Micallef dwar iż-żmien sabiħ ma’ Sliema, kif spiċċa minn mal-blues, l-uniku staġun iżda l-aħjar wieħed li kellu fil-karriera tiegħu ma’ Valletta u l-aħħar snin tiegħu bħala plejer ma’ B’Kara. Hu jitkellem ukoll dwar l-akbar rimors li għandu bħala plejer meta tilef ċans tad-deheb li jmur jilgħab fil-Ġermanja, b’kuntratt li kien lest biex jiġi ffirmat.

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ TwisteesMcVitiesCarlsbergGasanMamo InsuranceBest Deal PropertiesKing of Shaves u Malta Football Players Association.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.