Lokali

Iċ-Chief Minister ta’ Ġibilta’, Fabian Picardo, bi żjara f’Malta

F’Kastilja l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa mac-Chief Minister ta’ Ġibilta’, Fabian Picardo.

Ġibilta’ hi territorju tar-Renju Unit u għalhekk matul l-ewwel ftit minuti tal-laqgħa li kienet miftuħa għall-media Picardo semma’ kif minkejja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, ir-relazzjoni ta’ Ġibilta’ ma’ Malta mistennija tibqa’ waħda b’saħħitha.

Dan minbarra l-fatt li pajjiżna u marbut anke storikament ma’ Ġibilta’ peress li Malta wkoll kienet territorju tar-Renju Unit.

Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi għandha ħafna x’toffri. Qal wkoll li kwistjoni li żgur se tkun diskussa mad-delegazzjoni tac-Chief Minister Fabian Picardo se tkun il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.