Lokali

Id-Deputat Mexxej li jmiss tal-Partit Laburista ser jinħatar fl-10 ta’ Ġunju

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista - Mill-Arkivji

L-elezzjoni biex jinħatar id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista li jmiss se ssir bejn il-Ħamis 9 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju, u f’każ ta’ ħtieġa s-Sibt 11 ta’ Ġunju.

Dan se jsir waqt li f’dawn id-dati se tkun qed issir Konferenza Ġenerali Straodinarja tal-Partit Laburista.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li ddeċiżjoni ttieħdet f’laqgħa li saret tal-Eżekuttiv Nazzjonali.

In-nomini għall-kariga ta’ Deputat Mexxej jinfetħu nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, u jagħlqu t-Tlieta 10 ta’ Mejju u l-proċess se jitmexxa mill-Kummissjoni elettorali tal-Partit Laburista.