Lokali Saħħa

Id-dinja llum tfakkar il-World Aids Day

Il-marda tal-AIDS hi pjaga fis-soċjetà dinjija, hekk kif hawn madwar 22 miljun persuna madwar id-dinja huma nfettati bil-virus tal-HIV, li jwassal għall-marda tal-AIDS. Madankollu, dawn mhumiex jirrikorru għall-mezzi ta’ trattament meħtieġa biex ifiequ jew ma jispiċċawx vittmi ta’ din il-marda qerrieda, li fil-maġġoranza tal-każijiet hi trasmessa sesswalment.

Fl-1 ta’ Diċembru, ta’ kull sena, id-dinja tiċċelebra l-World Aids Day biex tiżdied il-kuxjenza dwar din il-marda. Iċ-ċelebrazzjonijiet isiru wkoll f’Malta, hekk kif il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u l-għaqda studenteska We Are illum ħeġġew diversi studenti biex iżuru l-GU Clinic fl-Isptar Mater Dei biex jingħataw informazzjoni dwar l-AIDS u anke jagħmlu anke t-testijiet.

Permezz ta’ World AIDS Day, l-Organizazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) tipprova tqajjem aktar għarfien dwar il-marda u dwar l-HIV. Dan filwaqt li tipprova, permezz ta’ terapija, tnaqqas u saħansitra twaqqaf il-firxa tal-marda fi ftit snin oħra.

Il-jum iddedikat għall-AIDS beda jiġi osservat fl-1988 u t-tema għal din is-sena hi “Getting to zero, end AIDS by 2030”.