Lokali

Id-Dwana ssib 1,890 kontenitur tal-inbid u 72,000 bott tal-energy drink mingħajr sisa mħallsa

Tfittxija li Uffiċjali tad-Dwana għamlu fil-jiem li għaddew fi stabbiliment u maħżen fiċ-ċentru ta’ Malta wasslet għal qabda kbira ta’ inbejjed, li fuqhom ma kinitx imħallsa t-taxxa tas-sisa.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana spjega li f’din il-ħidma nqabdu 1,890 kontenitur tal-inbid, li jammontaw b’kollox għal 1,600 litru.

Skont l-istqarrija, din it-tfittxija wasslet ukoll għas-sejba ta’ 72,000 bott tal-energy drink. Dawn instabu f’kontejner u fuqhom ukoll ma tħallsitx it-taxxa tas-sisa.