Lokali

Filmat: Iħallas reklam fuq il-gazzetta biex forsi jiltaqa’ mal-Prim Ministru!

Raġel ta’ 62 sena kellu jħallas reklam f’gazzetta biex forsi l-Prim Ministru Joseph Muscat jiltaqa’ miegħu!

Jidher li kull mezz ieħor possibbli falla, b’dan ir-raġel jgħid, fir-reklam, li ilu mill-2014 jibgħat l-emails u jċempel diversi drabi biex forsi xi ħadd jassistih u jiltaqa’ mal-Prim Ministru.

Madanakollu dan kien kollu ta’ xejn u r-raġel ma kellu l-ebda għażla oħra ħlief li jipprova jisraq l-attenzjoni tal-Prim Ministru billi jħallas apzju ta’ avviż fuq gazzetta lokali!

Wieħed jimmaġina li għal dan ir-raġel, dan ma tantx hu każ ta’ “Gvern li jisma'”!