Ambjent Lokali

Iħeġġu carpooling fuq livell nazzjonali u titjib fit-trasport pubbliku

Alternattiva Demokratika Żgħażagħ laqgħet l-inizjattiva ta’ carpooling fl-Università mill-KSU u ħeġġet lill-istess kunsill tal-istudenti biex idaħħal iktar inizjattivi f’dan is-sens biex inaqqas it-traffiku madwar l-Università ta’ Malta.

ADŻ ħeġġet miżuri simili fuq skala nazzjonali u qalet li dawn normalment iridu ż-żmien biex isiru effettivi imma uriet il-fiduċja tagħha li inizjattivi hekk inaqqsu l-ammont ta’ karozzi.

ADŻ qed tinsisti wkoll li t-trasport pubbliku jitjieb biex inaqqas it-traffiku fit-toroq. Iċ-chairperson ta’ ADŻ, Marc’Andrea Cassar, insista li t-trasport pubbliku għandu jkun iktar frekwenti, iktar affidabbli, jimxi ma’ skedi u jgħaġġel iktar b’iktar rotot diretti. Saħaq li kull sid ta’ karozza għandu jkollu alternattiva serja għall-użu tal-karozza tiegħu bi trasport pubbliku li jkun ta’ min jorbot fuqu.