Lokali

Ikompli x-xogħol fuq ir-rinovazzjoni tal-bini tal-Eks Cafe Premier

Fil-Belt Valletta komplew ix-xogħlijiet biex il-binja li kienet il-Cafè Premier tgħaddi għand il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, biex tibda tintuża bħala l-uffiċju ta’ dan il-Kunsill.

Dettalji dwar ix-xogħol ta’ rinovazzjoni ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attenda s-Sindku tal-Belt Alexei Dingli kif ukoll il-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali Owen Bonnici.

Meta jkun lest ix-xogħol ta’ rinovar, il-binja se tkun tinkludi numru ta’ uffiċini amministrattivi għall-Kunsill Lokali u żewġ exhibition conference rooms. Apparti l-uffiċini tal-Kunsill Lokali se tinbena Librerija pubblika, kif ukoll Day Care centre.

Tħabbar ukoll li bħala mill-proġett, se jkun installat lift fil-librerija nazzjonali, li tinsab fl-istess binja fejn se jkun trasferit l-uffiċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt. Il-librerija nazzjonali bħaissa hija aċċessibbli biss permezz ta’ taraġ, u għaldaqstant, il-lift għandu jżid l-aċċessibiltà għal-librerija nazzjonali.