Internazzjonali

Ikomplu l-arresti fit-Turkija: Issa jmiss lill-ġurnalisti u t-Turkish Airlines

epa05431938 Turkish police with an arrested Turkish soldier at police headquarter in Mersin, Turkey, 19 July 2016. Turkish Prime Minister Yildirim reportedly said that the Turkish military was involved in an attempted coup d'etat. Turkish President Recep Tayyip Erdogan has denounced the coup attempt as an 'act of treason' and insisted his government remains in charge. Some 104 coup plotters were killed, 90 people - 41 of them police and 47 are civilians - 'fell martrys', after an attempt to bring down the Turkish government, the acting army chief General Umit Dundar said in a televised appearance.who were killed in a coup attempt on 16 July, during the funeral, in Istanbul, Turkey, 17 July 2016. Turkish Prime Minister Yildirim reportedly said that the Turkish military was involved in an attempted coup d'etat. Turkish President Recep Tayyip Erdogan has denounced the coup attempt as an 'act of treason' and insisted his government remains in charge. Some 104 coup plotters were killed, 90 people - 41 of them police and 47 are civilians - 'fell martrys', after an attempt to bring down the Turkish government, the acting army chief General Umit Dundar said in a televised appearance. EPA/STR

Tkompli l-mewġa ta’ arresti fit-Turkija wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat li kien hemm.
Dan hekk kif issa kien imiss lill-ġurnalisti u lill-impjegati tat-Turkish Airlines.
Il-Pulizija Torka t-Tnejn ħarġet mandati ta’ arrest fil-konfront ta’ 40 ġurnalist Tork.
It-Tnejn tħabbar li l-linja nazzjonali Torka, it-Turkish Airlines, kienet keċċiet aktar minn 100 impjegat, li jikludu kemm membri tal-management kif ukoll tal-cabin crew. It-tkeċċijiet mit-Turkish Airlines saru wara li kien determinat li dawn kellhom rabtiet mal-moviment reliġjuż li l-President Tayyip Erdogan qed isostni li kien wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat tal-15 ta’ Lulju u li matulu 240 persuna tilfu ħajjithom.
Sadattant, Jean Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, qal li t-Turkija ma kienet f’ebda pożizzjoni li ssir membru tal-UE fil-ġejjieni qrib. Hu żied li jekk it-Turkija tintroduċi l-piena tal-mewt, allura l-pajjiż jista’ jinsa għal kollox in-negozjati għas-sħubija.
Hu qal li, fil-pożizzjoni preżenti, il-possibbiltà li t-Turkija tissieħeb fl-UE tbegħdet aktar minn qatt qabel.